Lokali Parlament

Problema fil-kura tal-anzjani bil-COVID; mhux tal-livell meħtieġ

Stephen Spiteri, PN

Id-deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal li l-anzjani li huma rikoverati f’residenza minħabba li huma milquta mill-COVID qed jiffaċċjaw diversi problemi minħabba servizz mhux ta’ kwalità.

Fl-Aġġornament tal-parlament Stephen Spiteri tkellem dwar il-Good Samaritan Residence u qal li qed isiru ilmenti inkwetanti ħafna dwar anzjani li huma infettati bil-COVID u li kienu trasferiti f’din ir-residenza biex suppost jingħataw l-aħjar kura.

Ninsabu ‘l bogħod minn dan l-għan għaliex il-kura u s-servizzi f’dan il-post mhux ta’ livell fejn m’hemm infermiera biżżejjed u m’hemmx kura medika adegwata. Hu qal li jkun nuqqas ta’ responsabbiltà li dawn l-anzjani jkunu trattati b’dan il-mod u kompla li f’dawn il-postijiet l-anzjani għandhom jirċievu l-aħjar kura bl-aqwa infermiera u staff.

Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-multiple sclerosis u qal li din teffettwa lill-pazjenti bla ma dawn jindunaw bil-konsegwenza li dawn jispiċċaw f’wheelchair u dipendenti.

Hu qal li ftit jidher li dawn il-pazjenti qed jingħataw l-aqwa trattament għaliex tneħħa s-servizz ta’ injezzjoni li kienet tingħata mill-pazjent stess biex minflok daħlet labra li hu diffiċli biex tittieħed mill-istess pazjent.

Din il-bidla saret bla informazzjoni lill-pazjenti biex minn pan issa saret injezzjoni. Dan il-prodott ġdid hu minn barra mill-UE li seta’ kien provdut ħames snin ilu waqt li jiswa iktar mit-trattament li kien jingħata qabel.