Sport Sport Ieħor

Rebħa faċli għal Mallia fuq Grech mid-diviżjoni tal-Premier

Illejla fil-Malta Snooker Academy ntlagħbu għadd ta’ partiti tal-isnooker minn diviżjonijiet differenti.

Mid-diviżjoni tal-Premier, Emanuel Mallia kiseb rebħa faċli ta’ 4-1 fuq Gużi Grech f’partita minn seba’ frames. Mill-ewwel diviżjoni f’partita minn ħames frames, Joseph Zerafa għeleb lil Neville Chetcuti 3-2 filwaqt li mit-tieni diviżjoni Patrick Borg għeleb lil David Farrugia 3-1.

Mit-tielet diviżjoni kellna partita waħda wkoll fejn Bjorn Borg għeleb faċilment lil Emanuel Cachia 3-0.