Residenti tal-Iklin qed jilmentaw li ilhom il-ġranet jissaportu rwejjaħ qawwija ħafna ta’ tarmac li allegatament ġejjin minn impjant li jinsab fl-inħawi.
Skont resident li tkellmu ma’ Net News, dawn l-irwejjaħ issa ilhom jippersisitu aktar minn ġimgħa. Fl-aħħar ġranet l-irwejjaħ saru tant qawwija li jinxtammu anke bit-twieqi tad-djar magħluqin.

Diversi kienu l-ilmenti li għamlu dawn ir-residenti, inkluz mal-Awtorita għall-Ambjent u r-Riżorsi, li saħansitra rreferiethom lid-Dipartiment tas-Saħħa għaliex dawn l-irewejjaħ jistgħu jkunu tossiċi ħafna.


Minbarra l-irwejjaħ, ir-residenti qed jilmentaw ukoll dwar storbju li jidher li ġej mill-istess impjant f’kull ħinijet tal-ġurnata u tal-lejl. Storbju li jinstema’ minn ħafna partijiet tal-Iklin.
