Lokali Qorti

Sentenza storika dwar kirjiet baxxi

Ritratt: Martin Agius

Dalgħodu l-Qorti Kostituzzjonali ta’ pajjiżna għaddiet sentenza storika meta ddikkjarat li kirja agrikola, li hija baxxa ħafna u mhux fil-livelli tas-suq tal-ġurnata, m’għandhiex tiġġedded.

Dan minkejja li l-istess art kienet għaddiet minn ġenerazzjoni għal oħra tul il-medda taż-żmien.

Din is-sentenza hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip, li tat raġun lis-sidien tal-art li tinsab mikrija għal somma żgħira ferm meta l-art innifisha tiswa ħafna, u mistennija tqanqal għadd ta’ kawżi oħra simili.

Fis-sentenza tal-lum, il-Qorti ordnat lill-Gvern iħallas is-somma ta’ €22,000 lil J&C Properties fuq propjetà li hija stmata li tiswa mal-€1,000,000 u li bħalissa tinsab mikrija lil ċertu Nazzareno Pulis għas-somma ta’ €58.23 fis-sena.

Il-Qorti ddikjarat li hemm ksur tad-drittijiet Kostituzjonali u fundamentali tas-sidien tal-art.

Għas-sidien dehru l-Avukati Edward DeBono and Karl Micallef.