X’għadu jaħseb Alfred Sant fuq ir-referendum tal-Unjoni Ewropea? Kif iħossu meta jasal tard għal xi attività? U llum x’ jaħseb li ried jagħmel biex ma jitlifx il-maġġoranza fl-1998?
Dan kollu se tkunu tistgħu ssegwuh fuq il-programm PROFILI tal-lejla, fejn ma’ Sant se nitkellmu dwar numru ta’ temi, inkluż anki l-aspett letterarju… Tgħid għandu xi ktieb li qed jaħdem fuqu?
Insomma ma’ Alfred se niddiskutu wkoll x’kien għamel Brussel biex iġib il-liċenzja tal-karozza u kif ukoll liema hu wieħed mill-aktar żminijiet iebsa li kellu f’ħajtu…
PROFILI, illejla fid-8.45pm fuq Net Television.
