Xokk kbir fid-dinja tal-arti hekk kif ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt ta’ Ed Schembri.

Schembri miet għall-għarrieda u ħalla lil bosta ħbieb ixxukkjati hekk kif Facebook imtela f’posts ta’ ħafna li kienu ħbieb tiegħu u oħraj li kien jammiraw l-arti tiegħu.

Il-paġna ta’ Facebook ta’ Schembri hi vetrina mill-isbaħ tal-arti li kienet il-passjoni tiegħu.

Ed Schembri kien ħa pass kuraġġuż ħafna li jaħdem bħala artist full time. Hu kien iddedikat ħafna għall-arti tiegħu speċjalment fil-pittura ta’ uċuħ ta’ nies famużi, ballerini u l-figura femminili.
Kien jemmen ħafna fis-senswalita’ tal-figura umana u fil-biċċa l-kbira tax-xogħolijiet tiegħu, din is-senswalita’ kien jipprova jwassalha wkoll fl-għażla ta’ kuluri li kien juża’. Hu se jibqa’ jgħix fl-arti li ħalla warajh. Dik hija l-konsolazzjoni ta’ l-artist.
//= $special ?>