Sport Sport Ieħor

Alex Borg kontra Joe Perry nhar l-Erbgha fl-ewwel rawnd

Il-plejer professjonali Malti tas-snooker Alex Borg nhar l-Erbgħa jiltaqa’ kontra l-Ingliż Joe Perry fl-ewwel rawnd tal-UK Championship li beda jintlagħab it-Tnejn f’Milton Keynes ġewwa l-Ingilterra u jibqa’ sejjer sa nhar il-Ħadd 6 ta’ Diċembru. Il-logħba tibda fit-3.00pm (ħin ta’ Malta) u tkun l-aħjar minn 11 il-frame. Il-ġimgħa l-oħra Borġ kien megħlub fl-ewwel rawnd tan-Northern Ireland Open meta tilef kontra l-Iskoċċiz Stephen Maguire bl-iskor ta’ 4-2. It-turnament intrebaħ minn Judd Trump li fil-Finali għeleb lil Ronnie O’Sullivan 9-7.