Chelsea kkonfermaw post mall-aħħar sittax tal-UEFA Champions League, wara li għelbu lil Rennes 2-1. Huma jinsabu fil-quċċata ta’ Grupp E flimkien ma’ Sevilla b’għaxar punti. Kienu l-Ingliżi li fetħu l-iskor wara 22 minuta meta kross mill-isbaħ ta’ Mason Mount wasal għand CALLUM HUDSON-ODOI li fil-baxx għeleb lil Alfred Gomis. Fil-85 minuta, Rennes ġabu d-dro permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ SEHROU GUIRASSY. Chelsea skorjaw il-gowl tar-rebħa fl-aħħar minuti tal-partita wara li Gomis laqa’ xutt ta’ Timo Werner iżda OLIVIER GIROUD irreaġixxa minnufih u bir-ras tefa’ fix-xibka.
Sevilla wkoll ikkonfermaw post mall-aħħar sittax wara li għelbu lil Krasnodar 2-1. IVAN RAKITIC fetaħ l-iskor għal Sevilla wara erba’ minuti b’xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa. L-avversarji ġabu d-dro fis-56 minuta minn WANDERSON wara li għeleb fil-baxx Tomas Vaclik. Il-gowl tar-rebħa wasal fil-95 minuta minn MUNIR.
//= $special ?>