Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 133 każ ġdid pożittiv

Il-każi ġodda pożittivi jerġgħu jiżdiedu

In-numru ta’ każijiet ġodda pożittivi għall-Covid-19 jerġa’ jiżdied hekk kif fl-aħħar sigħat kienu rappurtati 133 każ ġdid. In-numru ta’ każi attivi issa huwa ta’ 2,088.

Tħabbar ukoll li fiequ 107 persuni oħra… bit-total ta’ dawk li fiequ minn dan il-virus issa jlaħħaq kważi 7,000 persuna.

Mill-każi li tħabbru lbieraħ 16 kienu persuni li ħadu l-virus mill-qraba, 5 ħaduh minn fuq il-post tax-xogħol, 3 persuni kellhom kuntatt dirett ma’ persuni pożittivi u persuni ħadet il-virus wara li attendiet attività soċjali. Il-bqija tal-każi, iktar minn 50, kienu sporadiċi, jiġifieri ma jafux minn fejn ħadu il-coronavirus.