Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Ħames vittmi oħra f’ġurnata waħda

Il-vittmi huma 4 irġiel u mara

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li ħames anzjani mietu waqt li kienu pożittivi għall-Covid-19. 

Fl-ewwel każ anzjan ta’ 76 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. 

Fit-tieni każ anzjana ta’ 75 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, mietet ilbieraħ fil-Good Samaritan Long Term Care Facility. 

Fit-tielet każ anzjan ta’ 83 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fit-2 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fil-Good Samaritan Long Term Care Facility. 

Fir-raba’ każ anzjan ta’ 82 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-11 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei. 

il-ħames każ anzjan ta’ 88 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.