Is-Sindku tas-Siggiewi, Dominic Grech ivvota darbtejn kontra mozzjoni li ressqu l-kunsilliera tal-PN biex ikunu nkluzi fi skeda halli kunsilliera jiltaqghu mar-residenti.
Il-mozzjoni tressqet mill-minority leader tas-Siggiewi, Alessia Psaila Zammit u ssekondata mill-kunsilliera Nazzjonalisti, Julian Borg u Francine Farrugia.
Il-mozzjoni tressqet mill-kunsilliera Nazzjonalista wara li s-Sindku Laburista kien ppublika skeda fuq l-medja socjali biex kunsillieri jiltaqghu mar-residenti…. u halla ghal kollox barra lill-kunsilliera Nazzjonalisti.
Ghas-Sindku tas-Siggiewi, din l-skeda…. ghalkemm b’rizorsi tal-Kunsill Lokali…. kienet miftuha biss ghall-kunsillieri Laburisti – mossa li immedjatament gabet l-kundanna tal-kunsillieri Nazzjonalista li ressqu f’ diversi laqghat din l-materja ghad-diskussjoni u talbu li tittiehed decizjoni.
Ftit gimghat ilu, meta giet diskussa l-mozzjoni mressqa minn Alessia Psaila Zammit, Julian Borg u Francine Farrugia, is-Sindku Laburista u l-kunsillieri Laburisti vvuttaw kontra, anke jekk dawn l-laqghat m’ghandhomx ikunu partiggjani.
Minhabba li kunsillier Laburista kien assenti waqt l-vot tal-mozzjoni, is-Sindku, Dominic Grech kellu jiehu casting vote u ghalhekk ivvota darbtejn biex kunsillieri tal-PN jithallew barra mill-skeda tal-Kunsill Lokali.
Dan l-istazzjon tkellem mal-Minority Leader fil-Kunsill Lokali, Alessia Psaila Zammit li qalet li din l-mossa mis-Sindku hija wahda li ggib firda u ntenzjonata li twassal biex l-Kunsill Lokali jintuza mit-tmexxija Laburista b’mod partiggjan.
Hi fakkret li l-binja tal-Kunsill Lokali hija binja tal-komunita imma is-Sindku Laburista Dominic Grech ghadu jahseb li ghadha Kazin tal-Partit Laburista.
Hi appellat lill-kunsilliera Laburisti biex jieqfu jaghmlu dawn l-mossi partiggjani u jifhmu li l-Kunsill Lokali ghandu jservi lill-kulhadd indaqs u jservi l-komunitá kollha.
//= $special ?>