Il-Kunsill Nazzjonali taż-Żgħażagħ jixtieq juri d-diżappunt tiegħu għar-reshuffle tal-Gvern, hekk kif iż-żgħażagħ tħallew mingħajr kuntatt speċifiku fil-Kabinett.
Filwaqt li l-Kunsill japprezza li l-Kabinett huwa parzjalment ffurmat minn ġenerazzjoni ġdida ta’ Membri Parlamentari, dan qed jgħatti l-fatt li ż-żgħażagħ issa mhumiex qed jidhru bħala prijorità fl-ogħla istituzzjoni tal-Gvern.
Il-KNŻ kien sorpriż bl-esklużjoni tas-settur taż-żgħażagħ mis-Segretarjat Parlamentari tal-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji speċjalment meta bħalissa qed tiġi ffurmata l-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ.
Il-Kunsill qed jitlob li l-Gvern jirranġa dan l-iżball fil-Memorandum tal-Gvern biex fih jagħti indikazzjoni ċara dwar fejn u kif se jiġi ttrattat is-settur taż-żgħażagħ.
//= $special ?>