Lokali Qorti

Jinżamm arrestat fuq akkużi li darab gravi lil sieħbu

Raġel inżamm taħt arrest preventiv fuq akkużi li darab gravi lil sieħbu f’ appartament nhar it-Tnejn li għadda. Anil Kuruvilla Thomas, 42, ‘technician’ mill-Indja tressaq quddiem il-Maġistrat Astrid May Grima, akkużat li darab lir-raġel b’mod gravi u li attakkah.

L-Ispettur Audrey Micallef qalet lill-Qorti li l-akkużat ġie arrestat wara inċident li seħħ fis-2.30am fil-Pieta. Thomas għex f’appartament li jinqasam ma’ sitta minn sħabu tal-flat, spjegat l-Ispettur, u kompliet tgħid li argument stupidu kien eskala u spiċċa b’aggredazzjoni.

Qalet li l-akkużat u l-vittma tiegħu kienu ħbieb sew qabel l-inċident. Il-Qorti ntalbet biex toħroġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma u l-familja tiegħu. Thomas wieġeb mhux ħati tal-akkużi. L-avukat tad-difiża tal-għajnuna legali Josette Sultana sostniet li l-inċident kien minfuħ barra mill-proporzjon.

Hija talbet għal libertà proviżorja u qalet li l-akkużat jista’ jgħix ma’ ħuh. Iżda meta ħu r-raġel ġie l-Qorti biex jipprovdi l-indirizz tiegħu, ħareġ li kien qed jgħix fl-istess indirizz li kien jgħix fih l-akkużat qabel.

Il-libertà proviżorja ġie miċħud minħabba li l-akkużat ma kellu l-ebda akkomodazzjoni oħra minbarra r-residenza tal-allegat vittma.