Lokali

Tħassib wara li l-Gvern nesa liż-żgħażagħ


Id-Dipartiment tal-Istudji taż-Żgħażagħ u l -Komunità, fi ħdan il-Fakultà għall-Benesseri Soċjali fl-Università ta’ Malta esprimiet it-tħassib tagħha li l-ebda referenza għaż-żgħażagħ u servizzi taż-żgħażagħ ma saret meta reċentement tħabbret ir-reshuffle tal-Kabinett.

Id-Dipartiment jappella għal aktar rikonoxximent ta’ żviluppi fis-settur taż-żgħażagħ li jagħtu vuċi liż-żgħażagħu li jagħtuhom aktar opportunitajiet u parteċipazzjoni fis-soċjetà.