Lokali Parlament

Titħassar is-seduta tal-parlament ta’ għada b’rispett lejn Oliver Friggieri

B’rispett lejn il-memorja tal-Professur Oliver Friggieri li miet fl-aħħar ġranet, is-seduta tal-parlament li kienet se ssir għada l-Erbgħa 25 ta’ Novembru tħassret minħabba luttu nazzjonali.

Dan tħabbar fis-seduta parlamentari tal-lum wara qbil bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni; liema qbil tħabbar mill-Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield u konfermat mill-Assistent Whip tal-Oppożizzjoni Karl Gouder. Għalhekk il-parlament issa hu aġġornat għal nhar it-Tnejn li ġej.

Il-funeral mill-Istat f’ġieħ Oliver Friggieri se jsir għada wara nofsinhar b’quddiesa presente cadavere fil-Konkatidral ta’ Sam Ġwann.

Qabel il-quddiesa il-korteo fit-tebut ta’ Oliver Friggieri se jittieħed quddiem id-dar tiegħu fi Fleur-de-lys u wara lejn Pjazza San Publju fil-Floriana quddiem il-Knisja Arċipretali ta’ San Publju; propju l-lokal fejn Oliver Friggieri twieled u trabba.

Fil-Floriana, il-Professur Oliver Friggieri, se jingħata tislima mill-Kunsill Lokali tal-Floriana u l-komunità Furjaniża fejn hu kien tant attiv u anki kiteb ħafna dwar it-tfulija tiegħu fil-lokal.