Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra 116 każ ġdid ta’ Covid-19.
In-numru ta’ persuni li fiequ bejn ilbieraħ u llum huwa ta’ 124. Dan itella’ għal 7,062 il-persuni li fiequ mill-virus minn total ta’ 9,470 każi rreġistrati f’pajjiżna mid-7 ta’ Marzu ‘l hawn.
Issa l-każi attivi telgħu għal 2073.
Wara li bejn il-Ħadd u t-Tlieta kelna 9 vittmi oħra tal-virus, pajjiżna issa qed jgħodd 122 fatalità tal-pandemija.
//= $special ?>