Lokali

Elett il-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa, l-Kumitat Eżekuttiv il-ġdid tal-Moviment Nisa Partit Nazzjonalista (MNPN) jfakkar li madwar id-dinja, 1 minn kull 3 nisa huma vittmi ta’ vjolenza sempliċement għax huma nisa.

F’pajjiżna wkoll, is-sitwazzjoni hija inkwetanti għax il-pandemija tal-COVID-19 kompliet tiggrava s-sitwazzjoni tal-mara bħala vittma tal-vjolenza. Għalhekk il-Gvern għandu responsabbilta’ u dmir li jżid il-ħidma f’dan il-qasam b’aktar għajnuna u fondi lill-NGOs li jaħdmu f’dan is-settur.

Bħala parti mill-proċess tat-tiġdid tal-fergħat tal-Partit Nazzjonalista lbieraħ il-Kumitat Eżekuttiv tal-MNPN ħatar b’vot unanimu lil Graziella Attard Previ bħala President tiegħu.

L-Eżekuttiv ta’ 15-il membru kollha nisa jilqa’ fi ħdan u l- introduzzjoni ta’ uċuħ ġodda ġejjin minn spektrum wiesgħa tas-soċjeta’.

Il-membri eletti huma:

● President – Graziella Attard Previ
● Vici President – Doris Apap
● Segretarja – Tiziana Grima
● Assistent Segretarja – Anna Calleja
● Rappreżentanta fl-Eżekuttiv PN – Marie Claire Zammit
● Teżorier – Francesca Zammit
● Assistent Tezorier – Jacklyn Higgans
● Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – Francine Farrugia
● Assistent Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi – May Bartolo
● Segretarja Internazzjonali – Janice Chetcuti