Għall-Prim Ministru, għalkemm ħadem u ħadem ħafna, Silvio Parnis ma kienx kapaċi jiġi promoss għal Ministru. Dan hekk kif Abela uża’ l-iskuża li ried jeleva s-settur tal-Anzjanità għal Ministeru, iżda mhux lil Parnis.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella diversi drabi biex Silvio Parnis jerfa’ r-responsabbiltà politika għal deċiżjonijiet li ħa u li ma għenux biex l-anzjani jkunu protetti mill-pandemija tal-Coronavirus.
U dwar Justyne Caruana, Robert Abela qal li hi kompetenti u jixraqilha tkun Ministru tal-Edukazzjoni.
L-istess Justyne Caruana li 10 xhur ilu rriżenjat mill-kariga ta’ Ministru wara li kien żvelat li żewġha – l-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Silvio Valletta – siefer ma’ Yorgen Fenech, li hu l-allegat kompliċi fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia.
//= $special ?>