Kenneth Vella
Fl-assenza ta’ tiġrijiet tal-aqwa klassi Premier, fil-korsa tal-Marsa l-Erbgħa filgħaxija spikkaw l-aktar żewġ tiġrijiet tal-klassi Gold fuq distanza twila ta’ 2640m. Dawn għamlu parti mit-43 laqgħa tal-istaġun fuq disa’ tiġrijiet kollha għal żwiemel tat-trott u ntrebħu minn Global Oracle u Dreams Take Time. Originarjament din il-laqgħa kellha ssir il-Ħadd li għadda iżda ġiet posposta minħabba l-maltemp.
Fl-ewwel tiġrija Gold, Cobby’s Celeb (Kevin Azzopardi) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox fid-dritta finali meta nqabeż fost l-oħrajn minn Global Oracle. F’idejn Charles Camilleri, Global Oracle rnexxilu jieħu t-tieni rebħa tas-sena bi ftit minn Sangria Knight (Paul Galea) u Ivan Pavlov A.T. (George Muscat). Cobby’s Celeb kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.
Fit-tieni waħda, Dreams Take Time (Patrick Spiteri) mar quddiem f’nofs id-dritta finali biex ħa l-ewwel rebħa f’pajjizna mill-kwotat Global Rebel (Charles Camilleri). Prediction (Mario Spiteri) u Trust Boom Bay (Paul Galea) daħlu warajhom f’dik l-ordni.
Ir-riżultati kollha
I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. High Handed (T. Demanuele) Ħin – 3.28.4” (1.18.9”) 2. Classic Toll (A. Farrugia) 3. First Express (M. Desira) 4. Gently Di Poggio (R. Formosa)
II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Khali Magdalon (Ch. Gauci) Ħin – 3.30.3” (1.19.7”) 2. Alfa Dream (R. Gatt) 3. Imakeittheeasyway (M. Debono) 4. Dakota Atout (M. Mifsud)
III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Devil Boko (R. Gatt) Ħin – 3.28.4” (1.18.9”) 2. Lillen Sisu (J. Broffa) 3. Mundus L.N. (Ch. Degiorgio) 4. Digital Life (C. Camilleri)
IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Quickspin (C. Calleja) Ħin – 3.28.9” (1.19.1”) 2. Happy Ours (R. Gatt) 3. Heinz Heino (Cherise Farrugia) 4. Sabacan Savage (Sh. Portelli)
V Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. U Two Swing (C. Calleja) Ħin – 3.32” (1.20.3”) 2. Midnight Passion (E. Bezzina) 3. Mr Magnifique (M. Bonnici) 4. Broadway Surprise (Ch. Muscat)
VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Let It Be Me Tooma (O. Borg) Ħin – 3.26.2” (1.18.1”) 2. Look Twice (K. Galea) 3. Skogans Lotten (J. Vella) 4. Boko Won (C. Calleja)
VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Global Oracle (C. Camilleri) Ħin – 3.25” (1.17.7”) 2. Sangria Knight (P. Galea) 3. Ivan Pavlov A.T. (G. Muscat) 4. Cobbys Celeb (K. Azzopardi)
VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Gigant Well (Ch. Degiorgio) Ħin – 3.30.6” (1.19.8”) 2. Secret Avenue (Ch. Farrugia) 3. Faro Sue Heikant (N. Azzopardi) 4. Daytrader U.M. (J. Vassallo)
IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Dreams Take Time (P. Spiteri) Ħin – 3.25” (1.17.6”) 2. Global Rebel (C. Camilleri) 3. Prediction (M. Spiteri) 4. Trust Boom Bay (P. Galea)
//= $special ?>