Is-Sindku tas-Siġġiewi Dominic Grech ma ħax pjaċir bil-kritika li saritlu fuq xogħol ta’ tarmac li sar fi Triq Mons Mangion.
Wara li resident poġġa post fuq Facebook b’ritratt li juri tarmac li sar ħażin u jistaqsi jekk il-Kunsill hux kuntent b’xogħol li mhux ta’ livell, is-Sindku tal-lokalità rreaġixxa b’mod xejn dekoruż.
Skont dan ir-resident, it-tarmac li sar f’din it-triq mhux lixx u diġa qed jinqala’ biex issa ġiet agħar milli kienet qabel ma sar ix-xogħol.
Iżda s-Sindku m’għoġbu xejn dan il-kumment u malajr taha għal Facebook jgħajjar lill-kostitwent tiegħu bħala ‘nies li dejjem jeqirdu’ u li ‘qatt ma taw penny xogħol’ biex imbagħad għajru qerried (‘moaner’).
Ir-resident li kkritika x-xogħol wieġeb lis-sindku billi qallu li dan mhux mod li wieħed iwieġeb fuq xi ħaġa li nġibditlu l-attenzjoni dwarha b’mod edukat u filwaqt li rringrazzjah tax-xogħol li qed jagħmel, qallu li dan kien kliem tal-mistħija u li mhux qed jgħin biex jibni atmosfera tajba fil-lokalità.
Naturalment kliem is-sindku qanqal ukoll reazzjonijiet ta’ rabja u diżgust minn naħa ta’ residenti oħra li raw il-kummenti, b’għadd ta’ persuni jirreferu għas-sindku bħala persuna arroganti.
//= $special ?>