Lokali

Joseph Cuschieri jirriżenja minn Kap Eżekuttiv tal-MFSA

Il-Gvern ħabbar li rċieva r-riżenja l-Kap Ezekuttiv tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji Joseph Cuschieri, rienja li ġiet aċċettata mill-Gvern.

Joseph Cuschieri kien fl-aħbarijiet fl-aħħar ġimghat wara li kien żvelat li flimkien mal-konsulent legali tal-MFSA Edwina Licari kienu vvjaġġaw lejn Las Vegas, fuq btala mhallsa min-negozjant Yorgen Fenech.

Cuschieri u Licari kienu ssospendew lilhom infushom meta ħarġet l-aħbar.

Dan il-vjaġġ twettaq ftit tal-ġranet biss wara li Joseph Cuschieri kien inħatar CEO tal-MFSA wara li serva bħala Kap Eżekuttiv fi ħdan l-Malta Gaming Authority.

Ir-riżenja ta Cuschieri tasal wara li l-Partit Nazzjonalista kien saħaq li l-pożizzjoni ta’ Cuschieri ma baqgħetx tenibbli.