Internazzjonali

L-Iran jeħles akkademika fi tpartit ma’ priġunieri

Mara Britannika ta’ nisel Awstraljan li kienet qed tiskonta sentenza ta’ għaxar snin ħabs fl-Iran b’konnessjoni ma’ spjunaġġ inħelset bi skambju ma’ tliet priġuniera Iranjani.

Kylie Moore-Gilbert, akkademika u lecturer mal-Università ta’ Melbourne, kienet ilha tinżamm fl-Iran minn Settembru tal-2018.

Il-proċess tagħha fl-Iran kien sar fis-sigriet u meta Moore-Gilbert dejjem ċaħdet l-akkużi kollha miġjuba kontra tagħha.

Skont l-media tal-Istat Iranjan, l-iskambju tal-priġunieri kien jinvolvi negozjant u żewġ ċittadini Iranjani ‘li kienu spiċċaw arrestati barra pajjiżhom’.