Futbol Sport

Man City u Bayern Munich jikkwalifikaw, Inter viċin l-eliminazzjoni

(Ritratt: EPA)

Manchester City kisbu rebħa minima ta’ 1-0 barra minn darhom għand Olympiacos. Il-gowl li ddeċieda l-konfront wasal fis-36 minuta pemrmezz ta’ PHIL FODEN.

Minn Grupp A, Bayern Munich aċċertaw mill-kwalifikazzjoni għall-fażi li jmiss meta għelbu lil Salzburg 3-1. Il-gowls ta’ Bayern kienu skorjat min ROBERT LEWANDOWSKI, KINGSLEY COMAN u LEROY SANE. MERGIM BERISHA skorja l-gowl ta’ konsulazzjoni għal Salzburg.

Inter resqu pass eqreb li jiġu eliminati mill-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League meta minn Grupp B tilfu 2-0 kontra Real Madrid. L-Ispanjoli fetħu l-iskor wara seba’ minuta permezz ta’ penalty ta’ EDEN HAZARD. Inter sfaw jilgħabu b’għaxar plejers meta fit-33 minuta tkeċċa Arturo Vidal, biex awto-gowl ta’ ACHRAF HAKIMI aċċerta mit-tliet punti għal Real Madrid.

Minn Grupp D Liverpool tilfu 2-0 f’Anfield kontra Atalanta. JOSIP ILICIC tefa’ lit-tim minn Bergamo fil-vantaġġ mas-siegħa logħob biex erba’ minuta wara ROBIN GOSENS għamilhom 2-0.

UEFA CHAMPIONS LEAGUE

Grupp A: Atletico Madrid v Lokomotiv Moscow 0-0, Bayern Muncih v Salzburg 3-1 Grupp B: Borussia Moenchengladbach 4-0, Inter v Real Madrid 0-2 Grupp Ċ: Olympiacos v Manchester City 0-1, Marseille v Porto 0-2 Grupp D: Ajax v FC Midtjyalland 3-1, Liverpool v Atalanta 0-2