Lokali

Marokkin midrub gravi wara li ċeda ħajt fuqu

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Marokkin ta’ 36 ndarab gravi f’kumpless fi Triq Tul il-Kosta, n-Naxxar.

L-inċident seħħ wara nofsinhar, bil-Pulizija jirċievu talba għall-għajnuna għall-ħabta tal-4.30pm.

Jidher li r-raġel indarab meta ċeda fuqu ħajt bl-ilma u bil-ħamrija.

Ir-raġel ġie assistit mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili fuq il-post u ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza fejn ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin