Lokali Qorti

Parti mir-reġistru tal-Qorti jieqaf għal xi ħin wara li numru ta’ ħaddiema spiċċaw fi kwarantina

Għal xi ħin ma ġewx proċessati numru ta’ atti tal-Qorti fir-reġistru u dan minħabba li numru ta’ ħaddiema spiċċaw kwarantina u dan wara li ħaddiema tal-Qorti ttestja pożittiv għall-COVID-19.

Minkejja li baqa’ miftuħ għall-pubbliku l-atti proċesswali fir-reġistru tal-Qorti għamnlu xi ħin ma jiġux proċessati. L-aktar li kienu milquta huma l-atti ċivili u l-proċeduri legali oħra fejn minkejja li setgħu jiġu preżentati, ma kienxu qed jinħadmu.


Il-waqfien beda filgħodu wara li ħaddiem tal-Qorti spiċċa infettat bil-COVID-19 li kien qed juża vann li jużaw l-istaff tal-Qorti. Dan kollu wassal biex l-atti ġudizzjarji ppreżentati quddiem il-Qrati tal-Maġistrati tħallew jgħaqqdu jakkumulaw fit-trej għal xi ħin.

Is-sitwazzjoni ġiet irranġata, wara li l-ħaddiema li kellhom iħallu l-post tax-xogħol biex joqgħodu kwarantina ġew sostituti minn ħaddiema oħra fil-Qorti.

Il-Qorti kellha bżonn mill-anqas żewġ ħaddiema biex jaħdmu fir-reġistru u jagħmluha ta’ sostituti, u iżda wieħed kien bil-leave. Mit-tliet persuni disponibbli, impjegata oħra kienet diġa fi kwarantina, u l-oħra kellha appuntament fl-isptar.

Sostitut potenzjali ieħor kien fuq leave, u għalhekk il-problema damet xi ftit biex issolviet. Kien wara nofs inhar li r-reġistru tal-Qorti reġa’ beda jaħdem b’mod normali, u dan għall-ħabta tas-2.30pm. Is-sostituti kellhom ilaħħqu għaldaqstant mal-backlog li kkawża dan kollu.