Lokali

Raġel jispiċċa l-isptar wara li grupp ta’ irġiel aggredewh b’ħadida

Il-Pulizija għaddejja bi tfittxija għal grupp ta’ ħames irġiel wara li t-Tlieta filgħaxija attakkaw raġel barrani b’ħadida u b’arma li taqta’, fi Triq id-Daħa ta’ San Tumas f’Wied il-Għajn.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.00pm bil-vittma jiġi ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief

Nies li tkellmu ma’ Net News qalulna li r-raġel, li huwa Serb, spiċċa aggredit minn għadd ta’ persuni – li wara ħarbu mill-post. Sa issa għadha mhix magħrufa r-raġuni wara l-aggressjoni jew jekk kienx żviluppa xi argument bejniethom.

Il-Pulizija għadhom għaddejin bi tfittxija għall-aggressuri.