Lokali

Studju juri li diversi negozji qed jikkunsidraw li jnaqqsu l-ħaddiema

Iktar minn nofs il-bejjiegħa ta’ affarijijiet relatati mal-moda u ristoranti tal-moda jistgħu jikkunsidraw li jnaqqsu l-operazzjonijiet u l-impjegati żejda jekk il-livell kurrenti tan-negozju jibqa’ jippersisti fix-xhur li ġejjin, skond studju.

Tnaqqas fil-bejgħ u l-klijent kif ukoll it-tmiem tal-iskemi ta’ appoġġ b’rabta mal-COVID-19, huma l-iktar fatturi ta’ tħassib ta’ 89 fil-mija tan-negozji.

Tħassib ieħor identifikat minn nofs il-100 rispondent li ħadu sehem f’riċerka f’Ottubru – li kollha rrappurtaw tnaqqis fin-negozju matul is-sitt xhur ta’ qabel – huwa manutenzjoni ta’ ħlasijiet lura tal-finanzjament bankarju ladarba jiskadu l-moratorja.. skont riċerka mill-PwC

Il-prospetti għan-nofs sena li ġejja huma “skoraġġanti”, speċjalment fost ir-ristoraturi, b’ħames fil-mija biss ta’ dawk intervistati għandhom ħsibijiet pożittivi

Dawk li jaħdmu jew għandhom negozju tal-ħwejjeġ huma marġinalment aktar ottimisti, b’21 fil-mija jantiċipaw irkupru fin-negozju fis-sitt xhur li ġejjin.

Madankollu, il-maġġoranza l-kbira tagħhom, b’67 fil-mija, għandhom prospetti negattivi għax-xhur tal-Festi, li huma, tradizzjonalment, perjodu intens għan-negozju.