Lokali Qorti

Tinżamm arrestata fuq allegat serq ta’ €90

Mara nżammet taħt arrest preventiv wara li allegatament serqet oġġetti li jiswew total ta’ €90. Amanda Borg Manduca ta’ 30 sena mis-Swieqi tressqet taħt arrest quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, akkużata b’serq sempliċi u li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

L-Ispettur Leeroy Balzan Engerer akkuża lill-mara li serqet valur ta’ €30 fi prodotti tas-sbuħija minn ħanut tas-Sliema, €30 fi flus kontanti minn kartiera ta’ impjegat ta’ ħanut fis-Swieqi u l-attentat ta’ serq ta’ €30 ta’ prodotti tal-laħam mill-istess ħanut.

L-Avukat Roberta Bonello, li dehret bħala avukat tad-difiża għall-akkużat, daħlet motiv ta’ mhux ħatja f’isem il-klijenti tagħba. Ma saritx talba għal libertà proviżorja f’dan l-istadju u għalhekk inżammet taħt arrest preventiv.