Fl-aħħar sigħat, pajjiżna tilef tliet irġiel oħra riżultat tal-pandemija. Dan ifisser li issa pajjiżna tilef 125 persuna bil-virus.
Fl-ewwel każ raġel ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, miet ilbieraħ filgħaxija fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tieni każ raġel ta’ 87 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ raġel ieħor ta’ 67 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fil-5 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Il-Ministeru għas-Saħħa m’għadux jikteb fl-istqarrijiet tiegħu li l-anzjani kellhom kundizzjonijiet ta’ saħħa ulterjuri.
//= $special ?>