Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar il-mewt ta’ tliet persuni oħra li mietu wara li nstabu pożittivi għall-Covid-19.
Fl-ewwel każ raġel ta’ 70 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-16 ta’ Novembru, miet ilbieraħ fir-residenza St Vincent de Paul.
Fit-tieni każ mara ta’ 73 sena, li kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fl-1 ta’ Novembru, mietet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.
Fit-tielet każ raġel ta’ 80 sena, li kien ikkonfermat pożittiv għall-Covid-19 fis-6 ta’ Novembru, miet aktar kmieni llum fl-Isptar Mater Dei.