Storja xokkanti ta’ qarib ta’ vittma li miet bil-Covid u li għamel kuntatt ma’ Net News biex jaqsam id-dieqa għal mod kif ġie trattat il-vittma …. u anki l-familjari…
“Ċempilna u wara ftit… qalulna li kien miet… kien ilu bil-Covid 10 t’ijiem… il-biċċa mhux li miet… ovvja li xi darba se mmutu… imma kif saret l-azzjoni”
Il-qarib qalilna li meta r-raġel beda jaqa’ mis-sodda, dawn qabdu u tefgħu lill-pazjent mal-art fuq saqqu.
“Xi jiem ilu tefgħuh mal-art fuq saqqu… għax kien qed jaqa’ qalulna… suppost mhux jużaw is-sodod bil-barriers?”
Huwa għalaq billi appella biex min qed jieħu ħsieb u responsabbli mill-anzjani, jżomm f’rasu l-persuni kollha għandhom ikollhom id-dinjità tagħhom…inkluż dawk infettati bil-Covid-19.
“Nappella biex min hu responsabbli jara x’inhu jiġri, u jiftakru li l-anzjani wkoll għandhom id-dinjità tagħhom”.
Net News jista’ jikkonferma li dan huwa kaz iżolat – fost il-hafna stejjer ta’ support bla limitu li qed jintwerew l-anzjani fl-isptarijiet u r-residenzi varji.
//= $special ?>