Lokali Transport

FILMAT: Tinqala’ mill-ġdid triq li fetaħ Robert Abela ġimagħtejn ilu f’Għawdex

Dan minflok ingħata l-aħħar saff t'asfalt nieqes fl-inawgurazzjoni ta' Triq Sant'Antnin f'Għajnsielem

Filmati u ritratti li waslu għand din il-kamra tal-aħbarijiet juru kif Triq Sant’Antnin, f’Għajnsielem, qed tinqala’ mill-ġdid ġimagħtejn eżatt wara li l-Prim Ministru Robert Abela tela’ jaqta’ ż-żigarella ta’ triq b’saff anqas ta’ asfalt.

Dawn il-filmati ttieħdu fl-aħħar sigħat u juru inġenji kbar jagħmlu t-tiswijiet kemm fuq l-bankini u t-triq inawgurata mill-Prim Ministru minħabba ftit xita li għamlet, kif ikkonferma nnifsu l-Ministru t’Għawdex l-Erbgħa fuq Facebook.