Futbol Sport

Genoa u Torino mal-aħħar sittax tal-Coppa Italia

Fid-Derby della Lanterna, kienu Genoa li kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Sampdoria u post mal-aħħar sittax tal-Coppa Italia fejn issa se jilgħabu kontra Juventus. Kienu Sampdoria li fetħu l-iskor wara 18-il minuta permezz ta’ VALERIO VERRE. Mas-siegħa logħob bdiet ir-rimonta ta’ Genoa fejn GIANLUCA SCAMACCA kkonkluda fuq pass ta’ Shomurodov. Is-sostitut LUKAS LERAGER għamilhom 2-1 fit-68 minuta. Erba’ minuta wara kien għal darb’oħra SCAMACCA li kkonkluda fuq kontrattakk tajjeb biex aċċerta mill-kwalifikazzjoni ta’ Genoa.

Torino ukoll għamluha għal ma’ l-aħħar 16 fejn eliminaw lil Virtus Entella b’rebħa ta’ 2-0 biex issa se jilgħabu kontra Milan. SIMONE ZAZA għamilhom 1-0 fit-28 minuta biex żewġ minuta biss wara FEDERICO BONAZZOLI kkonkluda fuq pass ta’ Zaza.