Malli lbieraħ tħabbret il-mewt ta’ Diego Maradona fl-età ta’ 60 sena, kienu bosta minn madwar id-dinja li urew id-dispjaċir tagħhom dwar din l-aħbar.
Filfatt matul il-lejl fil-belt ta’ Napli fl-Italja, fejn Maradona ħalla l-aktar impatt u fejn hu meqjus bħala idolu f’din il-belt, kienu bost li nġabru fit-toroq u ma’ ġenb l-istadium ta’ Napoli sabiex isellmu l-memorja tal-Arġentin. Filfatt il-klabb ta’ Napoli flimkien mal-kunsill tal-belt ħabbru li qed jikkunsidraw li l-grawnd ta’ Napoli jkun jismu Stadio Sao Paolo Diego Armando Maradona.
L-istess seħħ fl-Arġentina fejn kienu bosta l-partitatji ta’ Boca Juniors, il-klabb fejn Maradona għamel suċċess fl-Arġentina, li ħarġu u marru quddiem il-grawnd tal-klabb La Bombonera fejn sellmu lill-istess plejer.
Matul il-lejl il-klabb tefgħa l-grawnd u ħalla biss tixgħel il-kamra li kienet riservata għal Maradona.

Għadd ta’ eks plejers u plejers preżenti wkoll ingħaqdu mal-kumplament tad-dinja sabiex isellmu lil-leġġenda tal-Arġentina. Fosthom il-leġġenda tal-Brażil Pelè fejn permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali wera d-dispjaċir tiegħu għal din l-aħbar fejn qal li tilef ħabib.


Diego Maradona miet kawża ta’ attakk tal-qalb tard ilbieraħ waranofsinhar. Ftit tal-ġimgħat ilu idaħħal l-isptar u saritlu operazzjoni sabiex titneħħielu ‘blood cloth’ minn moħħu u ftit tal-jiem wara kien rilaxxat sabiex jibda r-rijabilitazzjoni fi klinika fi Buenos Aires minħabba l-vizzju tax-xorb. Il-President tal-Arġentina ddikjara tliet ijiem ta’ luttu nazzjonali wara l-mewt ta’ dan il-leġġenda tal-futbol.
//= $special ?>