Lokali

Il-Kunsilliera tal-PN fil-Floriana jippreżentaw mozzjoni biex triq tissemma għal Oliver Friggieri

Il-mozzjoni tressqet is-Sibt li għadda

Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-Kunsilliera tiegħu fil-Floriana, James Aaron Ellul u Justine Palmier, is-Sibt li għadda malli tħabbret il-mewt tal-Professur Oliver Friggieri ressaq mozzjoni biex fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali tal-Floriana tiskatta l-ħidma biex triq f’Balzunetta tkun imsemmija għall-Prof. Oliver Friggieri. Il-mozzjoni kienet tinkludi wkoll proposta li mal-post/binja fejn għex u trabba titwaħħal irħama.

Il-Kunsilliera tal-PN fil-Floriana jittamaw li għal din il-mozzjoni jsibu l-appoġġ tal-Kunsill Lokali kollu.

https://www.facebook.com/jamesaaronellul/posts/4073460579350751