Filwaqt li l-Partit Nazzjonalista japprezza d-deċiżjonijiet tal-Qrati tagħna speċjalment fir-rigward ta’ sentenza tal-Qorti Kostituzzjonali li nqatgħet favur is-sidien tal-art, il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Tisħiħ tal-Agrikoltura, Edwin Vassallo, fi stqarrija qal li l-PN jemmen li l-Gvern Laburista għandu jsib alternattivi politiċi u legali sabiex id-dritt tas-sidien tal-art jibqa’ mħares.
Dan bħalma l-bdiewa u r-raħħala għandhom jiġu mħarsa ukoll bid-dritt tagħhom li jaħdmu r-raba’ u jibqgħu jagħmlu użu mill-irziezet tagħhom.
“Dan għaliex pajjiżna ma jistax jitlef ix-xogħol tal-bdiewa li għandu. Pajjiżna jrid iħares u jibqa’ jiggarantixxi l-provvista tal-ikel frisk. Pajjizna ma jistax jitlef il-bdiewa u raħħala tiegħu.”
//= $special ?>