Lokali Qorti

Il-Qorti tiċħad it-talba tal-Avukati ta’ Yorgen Fenech biex ikollhom linja diretta miegħu fil-ħabs

Il-Qorti ċaħdet talba oħra tal-l-avukati ta’ Yorgen Fenech li talbu li jkollhom linja diretta u mhux immonitorjata mal-ħabs, u dan biex ikunu jistgħu jikkomunikaw mal-klijent tagħhom.

Fil-preżent l-akkużat kompliċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galaizia jinsab taħt arrest preventiv. It-talba kienet saret aktar kmieni din il-ġimgħa wara li wieħed mill-avukati ta’ Fenech irrapporta inċident mad-Direttur tal-ħabs.

L-Avukat Charles Mercieca kien ippreżenta rikors quddiem il-Qorti wara li d-direttur tal-ħabs Alex Dalli kien waqqfu milli jieħu dokumenti fil-ħabs, waqt laqgħa ma’ Fenech biex jipprepara għas-smigħ tal-għada fil-Qorti.

Dak l-inċident kien ippospona f’daqqa l-laqgħa li kellha ssir bejn l-avukat u Mercieca. Sussegwentement kien ukoll tressaq ilment mal-Kamra tal-Avukati, fejn l-Avukat sostna li l-attitudni tad-Direttur affettwat b’mod negattiv id-dmirijiet tiegħu bħala avukat.

It-tim legali ta’ Fenech imbagħad talab linja diretta mal-klijent tagħhom, li ma ġietx irreġistrata jew interċettata. Madankollu, dik it-talba ġiet miċħuda mill-Maġistrat Rachel Montebello, li qed tippresiedi l-kumpilazzjoni tal-qtil, u osservat li talba bħal din tikser ir-regolamenti tal-ħabs.

Dan għaliex is-sejħiet kollha lejn jew mill-ħabs, għandhom jiġu mmonitorjati u l-konversazzjonijiet irrekordjati. Hekk kif l-akkużat argumenta li l-liġijiet għandhom jiġu applikati biex jissalvagwardjaw id-drittijiet fundamentali tiegħu,

Bl-istess mod iridu jiġu rrispettati l-liġijiet u l-Qorti żgur ma tħassar l-ebda liġi jew regolament, u lanqas tordna lid-Direttur tal-ħabs biex jagħmel dan. Fir-rigward tal-inċident li jikkonċerna lil Dalli, il-Qorti ma tistax tgħid lill-kap tal-ħabs x’għandu jagħmel, ħlief għal kwalunkwe ħaġa li taffettwa l-proċedimenti kriminali li qed isiru.

Il-Qorti qalet li l-konsultazzjonijiet bejn l-avukat u l-klijent fil-ħabs kellhom jitwettqu b’tali mod li tiġi evitata kwalunkwe influwenza fuq id-drittijiet tad-difiża, u żiedet li kellhom jingħataw opportunitajiet suffiċjenti biex jippermettu komunikazzjoni effettiva bejn l-akkużat u l-avukati tiegħu. B

arra minn hekk, fit-tweġiba tiegħu għat-talba ta’ Mercieca, id-Direttur tal-ħabs irrimarka li kien ta permess lill-avukati biex iġibu tagħmir elettroniku li jista’ jintuża waqt il-laqgħat tagħhom mal-akkużat.