Lokali Qorti

Jinżamm taħt arrest wara li ġie mixli b’serq biex isostni l-vizzju tad-droga

Raġel ta’ 35 sena li m’għandux indirizz fiss inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli quddiem il-Maġistrat Victor Axiak li bejn it-13 ta’ Settembru u l-4 ta’ Ottubru li għadda wettaq diversi serqiet minn appartament f’San Pawl il-Baħar.

Jurgen Cassar li għandu problema ta’ droga u li ma jaħdimx ġie mixli li seraq oġġetti li jinkludu televixin għad-dannu ta’ persuni li jgħixu fil-post ta’ anqas minn minn €2,333.

Huwa kien kien mixli li għamel ħsara fil-post ta’ anqas minn minn €2,500, iżda iżjed minn minn €250. Ġie mixli wkoll li nhar il-Ħamis, 26 ta’ Novembru u qabel ta nformazzjoni lill-uffiċjal mhux korretta u li naqas mill-jħares diversi kundizzjonijiet mogħtija mill-Qorti,

Il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispetturi Joseph Mercieca u Kyle Borg talbet li s-somma ta’ €2,700 depożitati fil-Qorti u garanzija personali ta’ €10,000, jgħaddu favur il-Gvern. Huwa ġie akkużat ukoll li sar reċidiv. Ma saret l-ebda talba għal Cassar biex jingħata l-ħelsien mill-arrest.