Lokali Qorti

Konrad Mizzi qed jibża’ jixhed fl-inkjesta u qed jisfida lill-Qorti

L-eks Ministru Laburista Konrad Mizzi qed juri biċ-ċar li qed jibża’ jixhed fl-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia filwaqt li qed jisfida l-Qorti minħabba li qed jallega li din hija Inkjesta politiċiżżata.

Dan wara li permezz ta’ post fuq facebook Konrad Mizzi indika li mhux se jikkopera mal-inkjesta pubblika ta’ Daphne Caruana Galizia, u ddeskriviha bħala “farsa” li ġiet politiċizzata.

Mizzi qal li hu “mhux obbligat li jidher quddiem avversarji politiċi tiegħu”. Huwa kellu jixhed fl-inkjesta dwar iċ-ċirkostanzi dwar il-qtil tagħha nhar il-Ġimgħa li ġej.

Mizzi spiċċa mkeċċi mill-grupp parlamentari tal-Partit Laburista f’Ġunju wara li sfida lill-kap tal-Partit Laburista Robert Abela billi rrifjuta li jagħti r-riżenja tiegħu meta mitlub, u kien qal li ma ra l-ebda raġuni biex jitlaq.

Il-Prim Ministru Robert Abela kien qal li d-deċiżjoni li jitkeċċa Mizzi ttieħdet minħabba r-rabtiet tiegħu mal-Panama Papers u l-kumpanija 17 Black ta’ Yorgen Fenech.

Konrad Mizzi kien Ministru tal-enerġija dak iż-żmien u nstabu emails żvelaw li l-konsulenti finanzjarji tiegħu issemmew fis-17 Black ta’ Yorgen Fenech bħala s-sors ta’ fondi li għandhom jiġu depożitati f’kumpanija sigrieta tal-Panama li kienu waqqfu għall-Ministru.

Mizzi kien huwa stess assoċjat ma’ 17 Black u li għandu xi rabta personali mal-ftehim tal-Montenegro. Mizzi attakka lill-Qorti billiu qal li l-inkjesta ddevjat mill-iskop oriġinali tagħha.

Qal li jinsab imħasseb li qed tintuża biex issegwi aġenda purament politika. Huwa qal li peress li bħalissa għaddejjin numru ta’ investigazzjonijiet minn diversi istituzzjonijiet, ma kellux għażla oħra ħlief li jistenna l-iżvelar sħiħ minn dawn l-istituzzjonijiet, biex hu jnaddaf ismu.

Il-kummenti ta’ Konrad Mizzi fuq il-media soċjali kienu żejda qalulna esponenti tal-Qorti. Dan peress li Mizzi qed jiffaċċa nvestigazzjoni seta’ faċilment jidher il-Qorti l-Ġimgħa u jagħmel bħal ma għamlu Brian Tonna u Karl Cini li ma wieġbu għal ebda domanda għax beżgħu li jinkriminaw lil nfushom.