Lokali

Rapporti jikxfu aktar rabtiet bejn Yorgen Fenech, Muscat u Zammit Lewis

Rapporti qed jindikaw li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Ġustizzja Edward Zammit Lewis marru għal mawra privata fil-lukanda Hilton ta’ Yorgen Fenech fi Franza.

L-istess sorsi qalu li din il-mawra kienet parzjalment iffinanzjata mis-suspettat ewlieni fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia Yorgen Fenech.

Is-sit Lovin Malta li żvela din l-aħbar qal li Muscat u Zammit Lewis ma ħallsux għall-waqfa fil-lukanda. Il-vjaġġ allegatament seħħ fl-Għid 2017. Zammit Lewis iżda min-naħa tiegħu insista li l-vjaġġ kien fl-2014 filwaqt Muscat qal li ma setax jiftakar meta seħħ dan il-vjaġġ.

Is-sit kompla billi qal li d-data ta’ din il-mawra hija importanti. L-Għid 2017 huwa iż-żmien li Fenech allegatament ta bidu għall-komplott biex joqtol lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Hawnhekk f’dan il-perjodu Fenech kien għadu ma ġiex żvelat li kien is-sid ta’ 17 Black. Madankollu, ir-rabtiet tiegħu ma’ korruzzjoni potenzjali kienu magħrufa.