Lokali

Timmaġinak tħalli barra l-ġeneru tat-tarbija tiegħek?

Il-Gvern qed jipproponi l-idea li koppja jew ġenituri ma jnizzlux is-sess tat-tarbija tagħhom mat-twelid, u li issa se jkun hemm il-possibbiltà li jħallu l-kaxxa tal-ġeneru vojta.

Din l-idea se tkun waħda minn sett ta’ proposti li se jiġi preżentati fil-Parlament il-ġimgħa d-dieħla, għalkemm fl-aġenda tal-Kamra tar-Rappreżentanti jidher li m’hemm xejn uffiċjali imniżżel.

Din l-emenda kienet preżentata permezz ta’ konferenza tal-aħbarjiet indirizzata mis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar u Alex Muscat fejn fost l-oħrajn intqal ukoll li issa l-irġiel se jkunu jistgħu jieħdu l-kunjom tal-mara.

Dawn l-emendi jfissru li l-partijiet kollha jkollhom ugwaljanza totali fl-għażla tal-kunjomijiet meta jiżżewġu. Identity Malta qed tgħid ukoll li l-miżżewġin ma jistgħux jpartu l-kunjom jew ifasslu wieħed ġdid u tenna li dawn l-ideat se jneħħu d-diskriminazzjoni.