Anzjana Gżirjana, ta’ 65 sena, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura ssofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet f’inċident waqt li kienet miexja fuq il-bankina fi Triq William Reid, il-Gżira.
Il-Pulizija kienet mgħarrfa b’dan il-każ għall-ħabta tat-7.45am u meta l-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post sabu ħabta bejn żewġ vetturi u kawża ta’ dan, intlaqtet l-anzjana.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku għall-assistenza, li ħa lill-anzjana l-isptar f’ambulanza.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>