Lokali

Tintlaqat anzjana miexja fuq bankina f’inċident bejn 2 vetturi fil-Gżira

Ritratt: Arkivji
L-anzjana Gżirjana ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura ssofri minn ġrieħi gravi

Anzjana Gżirjana, ta’ 65 sena, ittieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura ssofri minn ġrieħi gravi wara li ntlaqtet f’inċident waqt li kienet miexja fuq il-bankina fi Triq William Reid, il-Gżira.

Il-Pulizija kienet mgħarrfa b’dan il-każ għall-ħabta tat-7.45am u meta l-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post sabu ħabta bejn żewġ vetturi u kawża ta’ dan, intlaqtet l-anzjana.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku għall-assistenza, li ħa lill-anzjana l-isptar f’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.