Futbol Sport

Tliet gowls ta’ Haley Bugeja jagħtu t-tieni rebħa lit-tim nazzjonali Malti tan-nisa fi Grupp B

(Ritratt: MFA)

Ġorġja: T. Gabunia, G. Kadagishvili, N. Sutidze, A. Jojua, N. Chkhartishvili, T. Bakradze (A. Bolvadze 58′), N. Danelia (E. Kakhniashvili 71′), T. Todadze (M. Bebia), A. Cheminava, L. Tchitchinadze, K. Tchkonia

Malta: J. Xuereb, S. Farrugia, C. Zammit, E. Lipman (J. Flask 60′), A. Sultana, N. Sciberras, S. Zammit (K. Chetcuti), D. Theuma (M. Borg 64′), R. Cuschieri (M. Farrugia 46′), H. Bugeja (Y. Carabott 64′), B. Borg

Referee: S. Ghisletta

Assitent Referees: K. Török, A. Vad

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa kiseb it-tieni rebħa fi Grupp B fil-fażi ta’ kwalifikazzjoni għall-EURO 2021 meta Malta għelbet lill-Ġorġja 4-0, b’Haley Bugeja tkun protagonista u tiskorja tliet gowls.

Malta fetħu l-iskor wara 34 minuta permezz ta’ SHONA ZAMMIT wara li rċiviet cross mingħand Bugeja. Għaxar minuti wara l-Maltin irduppjaw u din id-darba kienet il-plejer ta’ Sassuolo HALEY BUGEJA li għamlithom 2-0 b’konklużjoni fil-baxx. BUGEJA skorjat it-tieni gowl personali u t-tielet wieħed għal Malta fit-52 minuta meta wara li rċiviet l-ballun f’nofs il-grawnd qabżet plejer u kkonkludiet wara l-gowlkiper tal-Ġorġa. L-istess plejer skorjat l-hat-trick personali sitt minuti wara li rċiviet pass preċiż mingħand Zammit ikkonkludiet b’xutt b’saħħtu.

B’din ir-rebħa t-tim nazzjonali Malti telgħa b’seba’ punti u jilgħab l-aħħar partita ta’ dan il-grupp nhar it-Tlieta kontra Iżrael fit-3.30pm, bit-tim ta’ Iżrael għandu l-istess ammont ta’ punti daqs Malta. Dan kien rekord ta’ punti għat-tim nazzjonali Malti tan-nisa.