Lokali

“Bżonn ta’ riforma kostituzzjonali” – KSU

Il-Kunsill Studenti Universitarji ippublika sett ta’ proposti għal riforma kostituzzjonali biex nibdew naraw Malta ġdida b’perspettiva moderna.

Il-President tal-KSU, Matthew Xuereb stqarr li hemm bżonn li l-membri Parlamentari jerfgħu r-responsabbiltà, jisimgħu l-ideat tal-istituzzjonijiet kollha u jirrikonoxxu l-fatt li hemm bżonn perjodu ta’ rikonċiljazzjoni.

Il-membri tal-KSU qed jagħmlu enfasi qawwi u qed iqisu dawn ir-riformi bħala importanti ferm…anke fid-dawl tat-tkaxkir tas-saqajn wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Net News tkellem mal-President tal-KSU, Matthew Xeureb li spjegalna għalfejn qed jipproponu din ir-riforma kostituzzjonali.

Fost l-24 proposta li saru, hemm li:

  1. l-Kummissarju tal-Pulizija jinħatar b’żewġ terzi tal-Parlament biex l-istituzzjonijiet jaħdmu bl-aħjar mod
  2. Issir il-projbizzjoni tal-bejgħ taċ-ċittadinanza
  3. Tiddaħħal iċ-ċittadinanza Ewropeja
  4. Li jitwaqqa’ l-istat ta’ non-alinjament
  5. Li ssir enfasi fuq il-lezzjonijiet tal-etika
  6. Ikun hemm inqas Membri Parlamentari …imma li jahdmu fuq bazi full-time
  7. Il-partit politiċi jkollhom finanzjament pubbliku
  8. U li l-President tar-Reppublika jkollu iżjed poter filwaqt li jinħatar Kunsill tal-Istat biex jassisti lill-President fid-deċiżjonijiet tiegħu biex fl-aħħar mill-aħħar ma jkunx hemm indħil politiku

Il-KSU appellaw biex il-Gvern jisma’ lill-istituzzjonijiet minflok jittieħdu deċiżjonijiet bla ma jagħti widejn.