Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, ħabbret li fl-aħħar 24 siegħa mietu 4 persuni oħra kaġun tal-pandemija.
It-total ta’ imwiet f’pajjiżna issa jlaħħaq 132 persuna.
Kien konfermat ukoll illi bejn ilbieraħ u llum, il-każi ġodda ta’ Covid-19 kienu 96. Dan filwaqt li fiequ 132 persuna, bit-total ta’ imfejqa issa jgħoddu 7,297. “Xorta n-numru ta’ każi mhux baxx”, stqarret Charmaine Gauci.
Il-każi attivi xorta għadhom fuq l-2,000 … li minnhom hemm 194 rikoverati fl-isptarijiet. Bħalissa għad hemm 20 persuna fl-ITU.
Hemm ukoll każijiet f’7 djar tal-anzjani li qed jiżdiedu.
Iċ-ċifri juru li matul din il-ġimgħa kellna 820 każ ġdid. Dan kollu juri li xorta s-sitwazzjoni tal-pandemija għadha waħda sensittiva ferm, tant li lbieraħ il-Ministru tas-Saħħa ħabbar li l-bars se jibqgħu magħluqin.