Lokali Qorti

FL-AĦĦAR ĦIN: Konrad Mizzi fl-awla wara l-ordni tal-Bord tal-Inkjesta

Dan minkejja li lbieraħ qal li ma kienx se jattendi

Wara li l-Bord tal-Inkjesta lbieraħ filgħaxija ordna lill-eks Ministru jkun preżenti fil-Qorti, dalgħodu Konrad Mizzi tfaċċa fil-Qrati ta’ pajjiżna. dan minkejja li lbieraħ permezz ta’ post fuq Facebook insista li ma kienx se jmur il-Qorti.

Il-Bord aktar tard ordnatlu jmur il-Qorti għas-seduta ta’ dalgħodu.

Ritratt: Martin Agius

Ftit tal-Minuti ilu, d-Deputat illum indipendenti Konrad Mizzi reġa taha għal Facebook fejn kiteb li mhux se jaċċetta li jirrispondi ‘lill-esponenti Nazzjonalisti Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia’.

Mizzi kien mitlub jixhed bħala parti minn din l-inkjesta pubblika.

Hu kiteb li ‘m’għandi l-ebda dmir li nħalli lill-assassini politiċi tiegħi japprofittaw ruħhom minn din l-inkjesta pubblika. Għaldaqstant ma jiena se nirrispondi għall-ebda mistoqsija u m’inix bi ħsiebi li nipparteċipa fit-teatrini tagħhom’.

Hu temm il-post tiegħu billi kiteb li ‘dejjem ħadem b’lealta’ għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi’.