Knisja Lokali

Għada l-ħatra ta’ Mario Grech bħala Kardinal – suppliment speċjali f’In-Nazzjon

Fl-okkażjoni tal-ħatra tal-Isqof Mario Grech bħala Kardinal mill-Papa Franġisku – it-tielet Kardinal mill-gżejjer Maltin u l-ewwel wieħed minn Għawdex fl-istorja twila tal-Knisja – il-ġurnal IN-NAZZJON se jippubblika suppliment speċjali ta’ 12-il paġna, li jinkludi intervista mal-Isqof Grech, ritratti minn ħajtu, kummenti, u servizz riċerkat dwar il-Kardinali li żaru l-gżejjer tagħna matul is-snin.

Illejla, il-programm NETLIVE fuq Net TV ukoll se jkun qed iwassal diskussjoni interessanti dwar dan l-avveniment uniku għalina bħala poplu. Il-programm jibda għall-ħabta tas-6:10pm.