Lokali

Għada l-Isqof Mario Grech jinħatar kardinal

Is-Sibt, l-Isqof Mario Grech se jkun qed jindirizza lill-Papa f’isem it-13-il kardinal ġdid fi ħdan il-Knisja Kattolika… hekk kif il-Papa jiftaħ il-Konċistorju fil-Bażilika ta’ San Pietru, fil-Vatikan.

Dan il-privileġġ ngħata lill-Isqof Grech minħabba l-fatt li fil-25 ta’ Ottubru li għadda, meta l-Papa ħabbar l-ismijiet tal-Kardinali l-ġodda, l-isem ta’ Mario Grech kien l-ewwel li ssemma fil-lista.

Il-Papa se jkun qed jiftaħ il-Konċistorju billi jagħti merħba lill-Kardinali-Eletti, jagħmel talba u jsir qari mill-Vanġelu ta’ San Mark.

It-tieni parti tac-cerimonja se tkun f’idejn il-Kardinal-Elett Mario Grech li, f’isem il-Kardinali l-oħrajn, irodd ħajr lill-Papa għall-fiduċja li wera fihom u jwiegħdu r-rispett sħiħ tagħhom, bil-Papa Frangisku imbghad jerġa’ jindirizza lill-Kardinali.

Fl-ahhar ta’ din ic-celebrazzjoni fil-Vatikan, issir il-hatra tal-Kardinali-Eletti kollha, bl-Isqof Mario Grech għall-darboħra jerġa’ jkun l-ewwel wieħed li jieħu dan il-ġurament għal dan il-bidu ġdid fil-vjagg tieghu fil-hajja secerdotali.

Intant, is-Sibt, il-ġurnal In-Nazzjon se jippubblika suppliment speċjali marbut ma’ din il-ġrajjar unika. Is-suppliment ta’ In-Nazzjon se jkun fih diversi artikli dwar Monsinjur Mario Grech, kif ukoll ritratti u kurżitajiet li se jkunu ppubblikati għall-ewwel darba.