Lokali

Ħaddiem isofri ġrieħi gravi b’makkinarju f’barriera

Ħaddiem sofra ġrieħi gravi waqt li kien qed jagħmel xi xogħol b’makkinarju f’barriera fi Triq Wied Filep, limiti tan-Naxxar għall-ħabta tal-kwarta.

Minnufih fuq il-post marru għadd ta’ Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei biex jassistu lill-vittma, raġel ta’ 59 sena residenti l-Imġarr, fejn iktar tard ittieħed l-Isptar għal iktar kura.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.